‘Her Majesty’s Bakery’ – Ħanut B’Għażla Vasta F’San Ġwann

 ‘Her Majesty’s Bakery’ – Ħanut B’Għażla Vasta F’San Ġwann

Nhar il-Ħamis 4 ta’ Novembru 2021 ġie inawgurat ħanut ġdid bl-isem ta’ ‘Her Majesty’s Bakery’ li jinsab fi Triq il-Mensija, f’San Ġwann. Dan huwa l-ewwel ħanut minn din il-katina lokali ġdida u promettenti , f’pajjiżna.

Apparti d-dehra tiegħu li tilqgħek, dan il-ħanut joffri għażla vasta ta’ tgħomiet bnini minn selezzjoni ta’ ħobż frisk, varjetà minn 40 tip ta’ salami u prieżet differenti u għażla kbira ta’ ħelu għal kull okkażjoni.

L-istess sidien qed jimmiraw li jkomplu jkabbru din il-katina f’lokalitajiet oħra madwar Malta.

Għall-inawgurazzjoni, kien hemm preżenti s-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech li awgura suċċess lil dan in-negozju.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com