Malta U l-Portugal L-Aktar Pajjiżi Siguri Fl-Ewropa Din Ix-Xitwa
Malta u l-Portugal meqjusa mill-esperti tas-saħħa bħala l-aktar li ħa jkunu siguri matul iż-żmien li ġej tax-xitwa.
Dr. Bruno Ciancio d-Direttur tal-ECDC qal li bosta pajjiżi li għadhom lura fit-tilqim kontra l-Covid-19 ħa jkunu qed jerġgħu jaraw żieda fin-numri matul ix-xhur tax-xitwa. Huwa f’intervista ma’ ‘Telegraph’ semma kif Malta u l-Portugal huma l-unika żewġ pajjiżi fl-Ewropa li qabżu t-80% tal-popolazzjoni li huma mlaqqma totalment.
Huwa għalhekk li Dr. Ciancio qal li pajjiżna huwa wieħed sigur ħafna meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra, fejn il-probabilità kbira huwa li l-virus ħa jkun qed jinfirex mal-persuni li mhux mlaqqma, b’konsegwenza li n-numri f’dawn il-pajjiżi jerġa’ jibda tiela.
Portugal and Malta safest places in Europe this winter as new Covid wave takes hold https://t.co/582QUw1W1p
— Paul Nuki (@PaulNuki) November 1, 2021
Ritratt: Mediterranean Observer