Melita Business Tappoġġja L-Industrija Tal-Gaming

 Melita Business Tappoġġja L-Industrija Tal-Gaming

Bħala parti mill-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura li Malta żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru ewlieni għall-industrija tal-Gaming, Melita Business qed tkompli tinvesti f’sistemi, proċessi u kollaborazzjonijiet li huma mfassla biex joħolqu t-teknoloġija u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni meħtieġa. Dawn jinkludi l-ħolqien ta’ Smart Cloud, biex jiġu pprovduti servizzi ta’ data centre mmaniġjati f’Malta stess. Smart Cloud tisfrutta l-kompetenza ta’ Smart Technologies Limited fl-infrastruttura u s-servizzi tal-Cloud data, flimkien mal-affidabbiltà, il-konnettività u s-sigurtà pprovduti minn Melita Business mill-Melita Data Centre fil-Madliena.

Dawk li jattendu għas-SiGMA Europe ta’ din il-ġimgħa, li se ssir fl-MFCC, se jkunu jistgħu jitgħallmu aktar dwar is-servizzi pprovduti minn Smart Cloud u l-vantaġġi partikolari għall-kumpaniji tal-Gaming li jkollhom fornitur ibbażat f’Malta għas-servizzi tagħhom ta’ Cloud hosting u data. Punt ewlieni fost dawn hi l-konformità mar-rekwiżit tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) biex il-kumpaniji jkollhom replika tad-database lokalment, li tagħmel l-hosting tad-dejta lokali vitali. Barra minn hekk, peress li l-hosting iseħħ fl-UE, in-negozji tal-Gaming jistgħu jserrħu rashom li d-dejta tagħhom hi protetta skont il-liġijiet Ewropej dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza.

Malcolm Briffa, Direttur tas-Servizzi tan-Negozju ma’ Melita, spjega għaliex partikolarment qed  jantiċipa l-avveniment ta’ din is-sena, “Huwa ta’ pjaċir li tara lil SiGMA lura bħala avveniment fiżiku fejn nies minn madwar l-industrija jerġgħu jiltaqgħu u jaqsmu l-ideat. Minħabba r-rekwiżiti mitluba mill-MGA għall-operaturi tal-Gaming, it-tim ta’ Melita Business jinsab ħerqan li jispjega s-servizzi l-ġodda offruti minn Smart Cloud, u l-firxa ta’ benefiċċji għall-operaturi ta’ kull daqs.” Matul SiGMA, l-eżekuttivi li jixtiequ jitgħallmu aktar dwar is-servizzi lokali ta’ Cloud hosting, fibre-to-the-office mifrux mal-pajjiż kollu, jew il-mobile plans 5G għall-impjegati tagħhom, jistgħu jirranġaw konsultazzjoni b’xejn mat-tim tal-kumpanija magħmul minn esperti fl-industrija u inġiniera. L-appuntamenti jistgħu jsiru billi tintbagħat email lil [email protected]. Jistgħu jiġu organizzati wkoll tours tekniċi tal-Melita Data Centre fil-Madliena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com