Mniedi Dokument Ta’ Konsultazzjoni Pubblika Dwar Il-Pjan Strateġiku Tal-Politika Agrikola Komuni

 Mniedi Dokument Ta’ Konsultazzjoni Pubblika Dwar Il-Pjan Strateġiku Tal-Politika Agrikola Komuni

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, niedew dokument ta’ konsultazzjoni pubblika relatata mal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta għas-snin 2023-2027. Dan id-dokument ta’ konsultazzjoni huwa parti minn sensiela ta’ dokumenti pubbliċi fuq il-proposti ta’ Malta sabiex ikunu investiti l-allokazzjoni rekord ta €2.27 biljun ta’ Fondi tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2021-2027.

Il-Ministru Anton Refalo spjega kif “bħala Ministru responsabbli mill-agrikoltura rrappreżentajt l-interessi tal-bdiewa Maltin u Għawdxin waqt in-negozjati tal-Politika Agrarja Komuni (PAK) għas-snin li ġejjin. Matul dawn in-negozjati, aħna rajna li l-interessi ta’ Malta u Għawdex ikunu salvagwardati. Kienu negozjati diffiċli ħafna pero’ rnexxilna nerġgħu nżommu d-deroga tal-Volunatary Couple Support.’’

Il-Ministru Anton Refalo temma billi spjega kif ‘’Nemmen bis-sħiħ illi l-bdiewa jridu jkunu megħjuna finanzjarjament sabiex jibqgħu kompetittivi fis-suq Ewropew.’’

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi tkellem dwar it-tnedija ta’ dan id-dokument ta’ konsultazzjoni pubblika fejn indika li l-baġit totali miġjub mill-PAK għas-snin 2023-2027, flimkien mal-ko-finanzjmanent lokali, huwa ta’ madwar €167 miljun (eskluża Assistenza Teknika). Dan il-Pjan Strateġiku ser ikopri it-territorju sħiħ tal-Gżejjer Maltin u jkompli jibni fuq appoġġ offrut permezz ta’ miżuri tal-PAK, ta’ pagamenti diretti u ta’ skemi, kif ukoll mill-inqas 10% tan-nefqa ser tmur lejn inizjattivi f’dan il-qasam fil-Gżira Għawdxija. Huwa spjega kif il-Pjan Strateġiku tal-PAK ser jipprovdi fondi u appoġġ mill-2023 sa tmiem l-2027 u kif dan ġie mħejji wara sensiela ta’ laqgħat, ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għas-settur u diskussjonijiet mal-partijiet interessati u mal-entitajiet tal-Gvern, laqgħat li ilhom isiru sa mill-2019 u li huma konformi mal Politika Agrikola Maltija 2018.

Dr Zrinzo Azzopardi spjega wkoll kif l-Pjan Strateġiku tal-PAK huwa konformi mal-Politika Ewropea u mar-Regolamenti Ewropej f’dan is-settur taħt dan il-perjodu u kif ser jindirizza it-tliet objettivi ġenerali mfassla f’dan il-qafas regolatorju.

L-ewwel objettiv ġenerali, b’allokazzjoni indikattiva ta’ €67 miljun, huwa mfassal sabiex iħaddan settur agrikolu li jkun intelliġenti, kompettitiv, reżiljenti u diversifikat sabiex jiżgura sigurta’ tal-ikel fit-tul.

Madwar €75 miljun oħra ġew allokati lejn it-tieni objettiv, li għandu l-mira li jappoġġja u jsaħħaħ l-protezzjoni ambjentali li tinkludi biodiversita’ u azzjoni dwar il-klima. Dan l-objettiv huwa immirat ukoll li jinktrubwixxi lejn l-għanjiet tal-Unjoni relatati mal-bidla fil-klima, inklużi l-isforzi mfassla taħt il-Qbil ta’ Pariġi.

It-tielet objettiv, b’baġit indikattiv ta’ €25 miljun, huwa immirat li jsaħħaħ in-nisġa soċjo-ekonomika taż-żoni rurali.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com