Mniedi L-Programm Uffiċjali Ta’ Milied Mellieħi 2021

 Mniedi L-Programm Uffiċjali Ta’ Milied Mellieħi 2021

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa nieda uffiċjalment l-attività ta’ ‘Milied Mellieħi 2021’ permezz ta’ konferenza stampa li ġiet organizzata fis-Sala tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-preżenza tal-Ministru għall-Wirt Storiku, l-Arti u l-Gvern Lokali Dr. Jose’ Herrera.

Fid-diskors tiegħu, is-Sindku tal-Mellieħa, s-Sur Dario Vella rringrazzja lill-Ministeru li permezz tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali nieda skema proprju biex il-Kunsilli Lokali jingħataw fondi speċifiċi biex jerġgħu jagħtu l-ħajja l-festi tant għeżież għalina l-Maltin marbuta maż-żminijiet tal-Milied. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kkwalifika għas-somma sabiħa ta’ 23,000 Ewro.

Għal din il-konferenza kienu mistiedna l-Għaqdiet Melliħin kif ukoll kantanti u artisti Maltin li ser jieħdu sehem matul ‘Milied Mellieħi 2021’ li ser jibda nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Diċembru bi programm vokali minn ‘Voca Gospel Choir’ fil-Knisja tal-Manikata u jkompli mill-Ġimgħa, 17 ta’ Diċembru sal-Ħadd, 19 ta’ Diċembru ġewwa tinda li ser tkun armata apposta fil-Pjazza tal-Parroċċa.

Matul dan il-weekend diversi baned u kantanti ħa jkunu qed jieħdu sehem f’atmosfera mill-aqwa li ħa tinħoloq fil-pjazza tal-Mellieħa, fosthom iż-żewġ baned Melliħin La Vittoria u Imperial kif ukoll il-Big Band Brothers, The Palace String Orchestra u Kantera, fost oħrajn.

Din is-sena, minħabba restrizzjonijiet marbuta ma’ Covid19, l-attivitajiet ser ikunu seated u għaldaqstant kull min hu interessat li jattendi għandu jċempel l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fuq 21521333 ext. 17 jew jibgħat email fuq [email protected].

Ara l-programm uffiċjali:

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com