Qbil Bejn GSD Marketing U Simonds Farsons Cisk Biex Inaqqsu Z-Zokkor Mix-Xarbiet Tagħhom

Il-manifatturi tal-Coca-Cola kif ukoll Pepsi f’Malta ħabbru li waslu għal qbil flimkien sabiex jimplimentaw rakkomandazzjoni mill-EU Soft Drink Association sabiex inaqqsu z-zokkor mill-prodotti tagħhom.
Dan it-tibdil ħa jkun qed iseħħ billi jnaqqsu z-zokkor mix-xarba b’10%, kif ukoll jużaw ħlewwiet bl-inqas kaloriji possibbli. Ħa jkun qed jibda proċess biex jonqos il-volum ta’ kull flixkun sabiex wieħed inaqqas il-porzjon u jimmodera bil-konsum.
Il-GSD Marketing u Simonds Farsons Cisk it-tnejn li huma jinsabu ottimisti sabiex jagħmlu dan il-pass għaliex fi kliemhom iridu jindirizzaw din il-problema u jixtiequ li jaħdmu u jippromovu stil ta’ ħajja aħjar b’inqas zokkor.