Residenza Malta Tippromwovi L-Inizjattivi Tagħha F’Dubai

 Residenza Malta Tippromwovi L-Inizjattivi Tagħha F’Dubai

Delegazzjoni mmexxija minn Residency Malta u akkumpanjata mis-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet Alex Muscat qed tippromwovi l-inizjattivi tagħha permezz ta’ żjara organizzata f’Dubaj. Waqt din ż-żjara, l-aġenzija qed takkumpanja lil stakeholders ewlenin u tassistihom huma u jaħdmu biex jattiraw investiment lejn il-gżejjer Maltin. Minbarra d-diversi opportunitajiet li jippreżentaw il-gżejjer Maltin, l-aġenzija qed tikkomunika l-miżuri kollha li twettaq biex tiżgura li l-programm tagħha jkun wieħed mill-aktar prestiġjużi fl-UE.

Mit-twaqqif tagħha ħames snin ilu, Residenza Malta ġġenerat €71 miljun fi dħul, allokat madwar €1 miljun f’inizjattivi soċjali din is-sena, u ikkreat madwar 300 impjieg. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Residenza Malta, Charles Mizzi, qal li l-għan taż-żjara kien li ssir promozzjoni tal-missjoni tal-Aġenzija, li sservi ta’ mezz għal individwi ta’ kwalità li jixtiequ jagħmlu Malta l-pajjiż ta’ residenza tagħhom.

Iż-żjara ġġenerat interess sostanzjali fin-Nomad Residence Permit, programm immirat lejn individwi minn pajjiżi terzi li jistgħu jaħdmu b’mod remot u li jippreżentaw opportunita ekonomika kbira permezz ta’ konsum u nfieq lokali, waqt li nattiraw investiment ġdid minn barra flimkien ma’ ideajt, kapaċitajiet u talent ġdid. “Dan hu mod konkret li bih noħolqu ambjent ekonomiku sostenibbli,” qal is-Sur Mizzi.

“Residenza Malta dalwaqt se tkun qed tniedi programm ġdid ieħor – l-I Start-up Residence Programme. Dan il-programm għandu l-għan li jattira negozji ġodda, u jiftaħ triq lejn swieq ġodda billi jattira fundaturi li jixtiequ jiġu Malta u jvaraw l-ideat u l-proġetti tagħhom lokalment,” qal is-Sur Mizzi.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Residenza Malta wera s-sodisfazzjoni tiegħu fuq kif l-I Start-up Residence Programme kien ikkomunikat waqt il-qari tal-baġit ta’ din is-sena – sinjal ċar ta’ kunfidenza fl-ideat tal-Aġenzija li
qegħdin iwittu t-triq lejn stil ġdid ta’ kif isir in-negozju. “Ibbażat fuq ir-regolamenti kurrenti tal-immigrazzjoni, se nikkompetu fuq l-istess livell ma’ pajjiżi oħra li ukoll għandhom l-għan li jattiraw start-ups”, kompla jgħid il-Kap Eżekuttiv.

Hu faħħar lit-tim ta’ Residenza Malta li hu impenjat bis-sħiħ biex jintroduċi proġrammi li jiffaċilitaw in-negozju u li jattiraw investiment barrani li jsarraf f’impatt posittiv fuq l-ekonomija – priorità nazzjonali li minnha jgawdi kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com