Titħabbar Il-Mewt Ta’ Dr. Sandro Spiteri – Surmast Tal-Iskola San Anton
Ftit tal-ħin ilu l-iskola San Anton għada kemm ħabret il-mewt ta’ Dr. Sandro Spiteri, is-Surmast tal-iskola San Anton, fl-Imġarr.
Sandro Spiteri kellu 56 sena u dawn l-aħħar xhur kien qed jiġġieled marda kiefra.
Spiteri kien konxju tal-marda li kellu u matul l-aħħar ġimgħa bagħat email lill-ġenituri tat-tfal sabiex jgħidilhom bis-sitwazzjoni tiegħu u li kien qed jieħu kura paljativa.
Huwa kien appuntat f’din il-kariga f’Ġunju tas-sena 2020. L-istess skola fejn dsatax-il sena qabel fil-bidu tal-karriera tiegħu bħala għalliem Dr. Sandro Spiteri għamel 8 snin jagħlem il-Malti.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tal-iskola ħabru din l-aħbar fejn talbu għat-talb f’dan il-mument diffiċli għall-familja tiegħu.
Kondoljanzi lill-familja Spiteri.