Twissija Ta’ Riħ Qawwi – Tħallux Vetturi Taħt Siġar Kbar Jew Viċin Ix-Xtut

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi.
Ir-riħ mill-Punent Lbiċ se jkun qawwi għal qawwi ħafna li bil-mod jilħaq qawwa ta’ riefnu forza 8 mill-Majjistral.
Wieħed għandu jevita li tħallu vetturi taħt siġar kbar jew viċin ix-xtut fejn jaqbel dan ir-riħ, kif ukoll dgħajjes żgħar f’portijiet fejn magħruf li jaqbel dan ir-riħ. Il-mewġ tal-baħar mistenni li jilħaq sa 7 metri fejn l-aktar li jaqbel.
Iż-żewġ kumpanija li joffru s-servizz tal-fast ferry għal Għawdex ħabbru li s-servizz sakemm joħroġ avviż ieħor huwa sospiż.