Żewġ Kontejners Mimlija Piroteknika Maqbuda Mid-Dwana

Id-Dwana Maltija għamlet qabda ta’ piroteknika f’żewġ kontejners mill-Malta Freeport. Dawn il-kontejners kienu rreġistrati bħala ‘sewing thread’ (ħjut tal-ħjata) iżda kien fihom eluf ta’ oġġetti relatati mal-prioteknika.
Il-Kartun ta’ dawk li kellhom ikunu materjal għall-ħjata kienu biss qed jgħattu l-materjal propja misjub.
Dawn ġew minn Xiamen fiċ-Ċina u d-destinazzjoni tagħhom kellha tkun fi Skikda fl-Alġerija. Il-valur tagħhom huwa stmat li jlaħħaq mal-€658,000.