Żewġ Rekords Nazzjonali Oħra Fil-Kampjonat Tal-Għawm.

 Żewġ Rekords Nazzjonali Oħra Fil-Kampjonat Tal-Għawm.

L-aħħar ġurnata ta’ kompetizzjonijiet fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm Short Course li saru f’Kazan, ir-Russja ġabet aktar suċċessi lill-kontinġent Malti b’żewġ Rekords Nazzjonali oħra.

Thomas Wareing, li kkompeta fl-400m Medley Individwali stabbilixxa ħin rekord ġdid ta’ 04:27.54. Hu għeleb ir-rekord tiegħu stess ta’ 04:40.02 li stabbilixxa f’Manchester f’Ottubru 2016.

Sasha Gatt ikkompetiet fl-avveniment tal-400m freestyle li għamlet ħin ta’ 04:17.41. Dan il-ħin għeleb il-ħin rekord preċedenti ta’ 04:21.37 miksub minn Mya Azzopardi f’Istanbul aktar kmieni f’Marzu.

Il-kontinġent Malti se jirritorna Malta matul il-ġurnata tat-Tnejn.

 

Ritratt: Emvigee PR & Marketing

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com