47 Sena Malta Repubblika

 47 Sena Malta Repubblika

Illum qed tkun ċċelebrata is-47 sena bħala Malta Repubblika. Kien propju fit-13 ta’ Diċembru 1974 meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff kien ippropona emendi fil-Kostituzzjoni biex jissostitwixxu lill-Gvernatur Ġenerali b’dak ta’ President u li kellu jkun ċittadin Malti.

L-ewwel President Malti kien Sir Anthony Mamo.

Dan il-jum ħa jkun imfakkar billi dalgħodu fil-Belt Valletta fl-10:00am tibda l-Parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta’ Malta f’Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.

Wara l-parata fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-Gran Mastru ssir iċ-ċerimonja tal-investitura u tal-għotja ta’ midalji.

Għal ħabta tan-12.30pm il-President ta’ Malta George Vella jqiegħed kuruna ta’ tifkira fuq il-monument ta’ Malta Repubblika, il-Marsa.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com