48 Inġinier U Inġiniera Jirċievu L-Warrant Tagħhom

 48 Inġinier U Inġiniera Jirċievu L-Warrant Tagħhom

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ippreżenta l-warrant lil 48 inġinier u inġiniera. Waqt din l-okkażjoni, il-Ministru saħaq dwar l-importanza u r-responsabbiltà li ġġorr magħha din il-professjoni u ħeġġeġ lil dawk preżenti sabiex iwettqu ħidmiethom bl-aktar mod professjonali.

“Din tal-lum, apparti li hija frott ta’ snin ta’ studju minn dawn l-inġiniera, hija wkoll wirja ta’ kif dan il-gvern kompla jwettaq. Nixtieq infakkar dwar ir-reviżjoni importanti li saret fuq il-leġiżlazzjoni tal-professjoni tal-inġinerija, fejn qabel kellek studenti li lestew il-kors u ma setgħux japplikaw għall-warrant. Kien dan il-gvern li qal li dan mhux aċċettabbli u bi proċess u anke konsultazzjonijiet, anke ma’ bordijiet ta’ ċertu prestiġju bħal dik Ġermaniża ASIIN, sibna soluzzjoni għal dawn l-inġustizzji li kienu qed isiru ma’ dawn l-istudenti,” qal il-Ministru Ian Borg.

Il-Ministru temm id-diskors tiegħu billi awgura lill-inġiniera l-ġodda fil-karrieri tagħhom.

Il-Viċi Chairman tal-Bord tal-Inġiniera Keith Chetcuti tkellem dwar l-importanza tal-inġinerija fl-iżvilupp tal-pajjiż. Spjega kif l-etika għandha tifforma l-karriera ta’ kull inġinier u fakkar lil dawk kollha li kienu qegħdin jirċievu l-warrant fir-responsabbiltà li se jibdew iġorru mil-lum ‘il quddiem. Għalaq bl-awguri tiegħu għall-karriera ta’ kull inġinier u inġiniera preżenti għaċ-ċerimonja.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com