Anzjana Tindarab Gravi F’Każ Ta’ Hit-And-Run F’San Ġwann
Anzjana weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura.
L-każ seħħ aktar kmieni llum, għal ħabta tal-10:00am, fi Triq Birkirkara, San Ġwann.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 71 sena residenti San Ġwann stess, weġġgħet wara li aktarx ntlaqtet minn trakk li għadu mhux identifikat minħabba li allegatament is-sewwieq baqa’ sejjer.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.