Direttur Komunikazzjoni Ġdid Tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista ħatar lil Simon Vella Gregory bħala Direttur Kommunikazzjoni ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Fi stqarrija l-PN qal li lbieraħ il-Kunsill Amministrattiv, wara rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, b’mod unanimu appunta lil Simon Vella Gregory bħala d-Direttur Kommunikazzjoni ġdid tal-PN.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech feraħ lil Simon Vella Gregory għall-irwol ġdid tiegħu.