F’Sitt Sigħat Jinġabru €3,000,000

 F’Sitt Sigħat Jinġabru €3,000,000

Hekk kif l-għada tal-Milied huwa sinonimu mal-Istrina jidher li l-poplu qed jikontribwixxi sabiex jinġabru flus għal dawk il-Maltin ħutna l-aktar fil-bżonn.

Din is-sena hija s-26 edizzjoni tal-Istrina fejn bħal kull sena inġabru donazzjonijiet għall-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund.

L-Istrina qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha Maltin.

Ftit tal-ħin ilu ġew ippreżentati wkoll id-donazzjonijiet li nġabru mill-Fun Run u Rockestra. Is-somma miġbura minn dawn l-avvenimenti kienet ta’ €277,000 u €225,000 rispettivament.

Issa L-Istrina tinsab nofs triq fejn f’sitt sigħat inġabru aktar minn €3,000,000. Fadal l-aħħar sitt sigħat.

Inħeġġukom tagħtu d-donazzjoni tagħkom billi iċċemplu fuq:

5190 2030 – €50 / 5180 2012 – €25

SMS: 5061 9201 – €11.65

Segwi Dirett:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com