Ħaddiem Ta’ 52 Sena Jinsab Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Tliet Sulari F’Shaft

 Ħaddiem Ta’ 52 Sena Jinsab Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Tliet Sulari F’Shaft

Raġel ta’ 52 sena residenti Pembroke jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xogħol f’shaft.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, f’binja f’Xatt il-Mollijiet, Marsa.

Hu ngħata l-assistenza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com