“Il-Gvern Ta’ Robert Abela F’Kollass Totali” – Bernard Grech

 “Il-Gvern Ta’ Robert Abela F’Kollass Totali” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Gvern ta’ Robert Abela jinsab f’kollass totali. Huwa żied jgħid li x-xibka ta’ kriminalità qed tikkrolla biċċa biċċa u m’għadhiex tenibbli.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal dan fi stqarrija, fejn tenna li “illum biss kien hemm riżenja ta’ Membru Parlamentari għax investigat mill-Pulizija, ieħor ma jistax jikkontesta għax investigat fuq evażjoni ta’ taxxa u nkixef mill-ġurnalisti, u Ministru tal-Edukazzjoni għadha hemm għax il-Prim Ministru jibża’ jkeċċiha.”

Bernard Grech saħaq li l-Gvern qed iwassal għal ħsara irreparabbli għal isem pajjiżna waqt li suppost niġġieldu pandemija u ffukati biex noħolqu l-ġid.

Tenna li l-ħaddiem Malti, iż-żgħażagħ u l-Maltin kollha għandhom dritt għal Gvern li jmexxi b’serjetà u għaqal, u li l-Partit Nazzjonalista jrid ikun dak il-Gvern li ħaqqhom il-Maltin beżlin u ħawtiela.

“Il-Maltin ħaqqhom aħjar. Aħna ser inkunu aħjar,” temm jgħid Bernard Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com