Il-Partit Laburista Jiġbor Is-Somma Ta’ €577,221

 Il-Partit Laburista Jiġbor Is-Somma Ta’ €577,221
Waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li saret matul il-jum tal-Ħadd 5 ta’ Diċembru 2021, il-Partit Laburista ġabar is-somma ta’ €577, 221.
Dawn inġabru bejn nofsinhar u l-11 ta’ filgħaxija waqt ġurnata ta’ maratona live mxandra fuq l-istazzjonijiet ONE.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela tkellem dwar ix-xogħol li qed iwettaq il-PL fil-Gvern. Ħa l-okkażjoni wkoll biex jerġa’ jirrepeti l-iktar appell importanti bħalissa; dak biex kull min jirċievi l-invit tal-booster jilqgħu biex hekk nibqgħu niġġieldu l-Covid-19 b’mod effettiv.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com