Il-PM Jħabbar Li L-Wage Supplement Għan-Negozji Se Jiġi Estiż Sal-Aħħar Ta’ Jannar Li Ġej

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se tkun qed tiġi estiża l-għajnuna tal-Covid Wage Supplement sal-aħħar ta’ Jannar li ġej.
Dan ħabbru waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet waqt li kien fi Brussel kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
“Eventwalment wieħed ikun irid jerġa’ janalizza l-qagħda internazzjonali u l-impatt li jista’ jkollha fuq pajjiżna,” qal il-Prim Ministru.
Huwa spjega li l-irkupru ta’ Malta hu wieħed b’saħħtu u t-tbassir tal-esperti internazzjonali hu pożittiv ħafna.
Il-Prim Ministru Robert Abela temm jgħid li huwa kruċjali li f’dan il-mument insostnu lil dawk li jistgħu jkunu l-iktar affettwati. “Hekk nipproteġu l-impjiegi u l-kwalità tal-ħajja tal-familji.”