Tiekolx Dawn Il-Burgers Tat-Tiġieġ Minħabba Riskju Ta’ Salmonella

 Tiekolx Dawn Il-Burgers Tat-Tiġieġ Minħabba Riskju Ta’ Salmonella

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut u kif ukoll permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni bis-Salmonella.

Deskrizzjoni tal-prodott: Chicken Burgers x 8

Użin: 600g

Ditta: The Convenience Shop

Dati tad-durabbilita` (Uża Sa): 30/3/22 u 27/4/22

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 jew permezz ta’ email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com