Il-PN Qed Jitlob Inkjesta Wara Li Ġie Approvat Proġett Li Se Jeqred Razzett Antik Fix-Xewkija

 Il-PN Qed Jitlob Inkjesta Wara Li Ġie Approvat Proġett Li Se Jeqred Razzett Antik Fix-Xewkija

Il-Partit Nazzjonalista qed jitlob biex issir inkjesta biex jiġi stabbilit għala kien hemm nuqqas ċar ta’ osservanza tal-policies fl-Awtoritá tal-Ippjanar. Dan wara li ġie approva t-twaqqigħ ta’ razzett fix-Xewkija.

Il-PA approvat dan il-proġett biex parti minn dan ir-razzett fix-Xewkija jitwaqqa’, bil-biċċa l-oħra tkun żviluppata fi blokka ta’ 32 appartament.

Fi stqarrija l-PN wera t-tħassib serju għall-aħbar li “għal darb’oħra inqerdet għall-kollox binja ta’ valur storiku, wirt u xhieda tal-ħajja li għexu missirijietna.”

Il-PN saħaq li pajjiżna qed jara’ kostruzzjoni bla rażan fejn l-interess tal-ftit qed jirbaħ fuq is-sens komun.

Il-PN temm jgħid li huwa diġà kkommetta ruħu li jagħti protezzjoni lill-wirt storiku u soċjali ta’ pajjiżna, filwaqt li kkundanna dan l-iżvilupp.

Fl-istqarrija l-PN reġa’ tenna l-wiegħda tiegħu lejn żvilupp sostenibbli li jirrispetta l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com