Il-President U Martu Se Jkunu Qed Jipparteċipaw B’Mod Virtwali Waqt L-Istrina

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu Miriam Vella mhux se jkunu qed jattendu b’mod fiżiku għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Istrina.
Huwa qal dan waqt kollegament li għamel illum fuq il-programm televiżiv Kalamita fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista.
Il-President qal li se jkunu qed jipparteċipaw b’mod virtwali u se jkunu qed jieħdu telefonati mir-residenza tagħhom fil-Palazz ta’ San Anton.
Dan wara li lbieraħ tħabbar li l-President u martu se jkunu fi kwarantina wara li saru jafu li persuna li kellhom kuntatt magħha nhar it-Tnejn li għadda rriżultat pożittiva għall-Covid-19.
Il-President George Vella qal li minkejja li ttestjaw negattiv għall-Covid-19 xorta waħda għażlu li jibqgħu fi kwarantina bħala prekawzjoni.