Il-Prim Ministru Fisser Kif Riżenja Qatt Mhi Faċli Imma Toħroġ L-Irġulija
Is-sena d-dieħla se tkun sena li tibqa’ tarana viċin in-nies. Għax ħafna mill-ħidma tagħna, anke dik leġiżlattiva hi mibnija fuq l-esperjenzi li niltaqgħu magħhom u t-tgħalimiet li nieħdu mit-taħdidiet mal-imsieħba u n-nies fl-isferi kollha tas-soċjetà.
Jien ottimist li sakemm nibqgħu viċin in-nies, dan il-pajjiż jibqa’ miexi ‘l quddiem. Basta naħdmu flimkien, nifhmu lil xulxin speċjalment fil-mumenti d-diffiċli u li jkunu jitolbu s-solidarejtà ma’ xulxin u naslu fejn nixtiequ naslu żgur.”
Robert Abela spjega wkoll kif sa minn meta nħatar Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru dejjem ittieħdu deċiżjonijiet li ma kinux faċli.
“Sa minn meta nħtart mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru dejjem ħadna deċiżjonijiet li ma kinux faċli. Iżda, għax konna bilgħaqal, fhimna tajjeb u bnejna fuqu u ndirizzajna n-nuqqasijiet bqajna sodi niffaċjaw l-isfidi u noħolqu ħafna u ħafna opportunitajiet.”
Il-Prim Ministru fisser ukoll kif riżenja qatt mhi mument faċli, b’mod partikolari fuq livell personali. Iżda, fil-mument tal-prova hemm toħroġ l-irġulija u s-sens ta’ responsabbiltà. Fuq kollox bħala pajjiż irridu u se ngħixu standards ġodda. Dawk l-istandards li l-oppożizzjoni nazzjonalista m’għexixtx meta kienet fil-gvern u għal dik ir-raġuni l-poplu kkundanna għall-ikbar telfiet elettorali fl-istorja.
“L-Oppożizzjoni li ma tistax titkellem fuq standards meta għandha Kap tal-Oppożizzjoni li ddeċieda biss li jibda jħallas it-taxxa meta kkontesta għal kap. Aħna bqajna ffokati fuq li nġibu bidla pożittiva u f’dan il-vjaġġ ikun hemm fejn tkun teħtieġ tirranġa jew itejjeb deċiżjoni għax tkun setgħet saret aħjar.”
Robert Abela qal ukoll kif dan il-Gvern għandu Kabinett sod u magħqud lest biex ikompli jimplimenta l-bidla għall-pajjiż. Id-deċiżjonijiet ittieħdu u se jibqgħu jittieħdu anke meta ma jkunux l-aktar deċiżjonijiet faċli kif ġara fil-pandemija, ekonomija u l-governanza.
Li hu żgur li meta s-sena d-dieħla l-poplu jkun imsejjaħ jagħżel il-Kap tal-Oppożizzjoni se jmur bl-istess tim skadut li l-poplu rrinunzja diġà, u l-Partit Laburista se jmur b’tim li wera l-kompetenza tiegħu fl-oqsma tas-saħħa, is-sigurta, l-enerġija, il-finanzi u nista’ nibqa’ nsemmi… iżda tim ukoll imġedded bl-inklużjoni ta’ persuni ġodda li jitwaħdu mal-esperjenza ta’ nies li urew biċ-ċar għaliex dak il-gvern ħaqqu l-fiduċja.