Żewġ Każi Tal-Omicron F’Malta

 Żewġ Każi Tal-Omicron F’Malta

F’Malta hawn żewġ każijiet konfermati tal-varjant Omicron. Hekk qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn saħaq li  dan huwa r-raġuni wara ż-żieda fil-każijiet li nstabu f’dawn l-aħħar jiem.

Spjega li bħalissa m’hemmx lok għal allarm diżproporzjonat, hekk kif l-istudji juru li l-booster huwa effettiv kontra l-Omicron.

Tħabbar ukoll li minn nhar it-Tnejn li ġej 27 ta’ Diċembru 2021 , kull min għandu aktar minn 18-il sena jista’ japplika għall-booster.

Ħeġġeġ lill-poplu jitlaqqam billi japplika b’mod online fuq vaccin.gov.mt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com