Il-Proġezzjonijiet Tal-Milied Jixgħelu Pjazza San Ġorġ
Ilbieraħ filgħaxija fil-Belt Valletta ġew mixgħula l-proġezzjonijiet tal-Milied fuq il-faċċata tal-Palazz tal-President u l-faċċati l-oħra fi Pjazza San Ġorġ fejn għal darb’oħra qed tinħoloq atmosfera maġika tal-Milied fil-qalba tal-Belt Kapitali.
Komplew ukoll il-prestazzjonijiet mużikali wara li fit-22 ta’ Novembru ġew mixgħula d-dwal tal-Milied fit-toroq ewlenin u ingħata bidu għall-programm annwali Christmas in the City li ser iwassalna sal-24 ta’ Diċembru lejlet il-Milied u jagħlaq biċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena. L-attivitajiet ta’ kuljum ta’ Christmas in the City jistiednu lil familji jingħaqdu magħna fil-Belt Valletta fejn qed jittellgħu ħafna attivitajiet għall-gosti ta’ kulħadd, fosthom attivitajiet varji li jinkludu baned żgħar, mużika, korijiet, puppet shows, buskers, arti performattiva, animators u crafts.
Il-proġezzjonijiet ta’ Pjazza San Ġorġ kienu ferm mistennija u joffru attrazzjoni doppja għal dawk kollha li ser ikunu qed igawdu il-Milied fil-Belt Valletta.
Dettalji dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-Ewwel tas-Sena li ser ikunu qed jitħabbru iktar dettalji dwarhom fil-ġranet li ġejjin.
Ara l-filmat: