Jinġabru Aktar Minn €5,845,000 B’Risq Il-MCCFF

 Jinġabru Aktar Minn €5,845,000 B’Risq Il-MCCFF

Is-somma miġbura lbieraħ waqt L-Istrina ta’ din is-sena kienet ta’ €5,845,000.

Somma sabiħa li nġabret f’maratona ta’ 12-il siegħa b’risq il-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund u li kienet trażmessa fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali kollha.

Il-President ta’ Malta Dr George Vella u s-Sinjura tiegħu Miriam Vella għamlu maratona ta’ 12-il siegħa sħiħa jirċievu t-telefonati mill-Palazz ta’ Sant’Anton wara li ma setgħux ikunu fiżikament preżenti minn fejn ixxandret l-Istrina, fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop, minħabba li kienu fi kwarantina.

F’diskors li għamel fl-għeluq tal-maratona, il-President George Vella stqarr li għalkemm m’hiex somma rekord, kien jinsab emozzjonat u ferħan għax minkejja iċ-ċirkostanzi ferm differenti li ninsabu fihom bħalissa, irnexxilha tinġabar somma sabiħa.

Saħaq li sal-aħħar, il-Malti baqa’ juri l-qalb kbira billi jagħti d-donazzjonijiet.

Din kienet is-26 edizzjoni tal-Istrina.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com