“Kultant L-Affarijiet Ma Jmorrux Kif Tkun Pjanajt” – Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat Jinsab Fi Kwarantina Preventiva

 “Kultant L-Affarijiet Ma Jmorrux Kif Tkun Pjanajt” – Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat Jinsab Fi Kwarantina Preventiva

“Kultant l-affarijiet ma jmorrux kif tkun pjanajt. Ninsab fi kwarantina preventiva.”

Hekk kiteb ftit tal-ħin ilu S-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat fuq il-mezzi soċjali tiegħu hekk kif kelli jispiċċa joqgħod id-dar fi kwarantina preventiva wara li kien qrib xi ħadd pożittiv għall-Covid-19.

“M’humiex affarijiet li tieħu gost bihom, speċjalment fi żmien il-festi, imma rridu nipproteġu lil xulxin,” tenna Muscat, filwaqt li fakkar li dejjem għadna nsegwu l-miżuri kollha tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Huwa għamel kuraġġ ukoll lil min għaddej mill-istess sitwazzjoni bħalu.

“Dan iż-żmien jgħaddi wkoll…sadanittant, naħdmu online!” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com