L-Akbar Ammont Ta’ Każi Ġodda Fl-Aħħar 4 Xhur – In-Numru Ta’ Pazjenti Fl-Isptar Jibqa’ Wieħed Baxx
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 138 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt fiequ 61. Dan ifisser li bħalissa f’pajjiżna hawn 1,290 każ attiv.
Fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw il-kura 11-il persuna bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 468 wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis ma kienet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.
Sal-bieraħ filgħaxija, kienu ngħataw b’kollox 962,678 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 124,074 kienu dożi tal-booster.
Dan kien l-akbar ammont ta’ każi ġodda reġistrati sa mis-27 ta’ Lulju li għadda. Dakinhar kienu ġew reġistrati 142 każ ġdid.