Minn Għada Biex Tidħol Fl-Italja Trid Tippreżenta Test Negattiv Tal-Covid-19

 Minn Għada Biex Tidħol Fl-Italja Trid Tippreżenta Test Negattiv Tal-Covid-19

Minn għada biex tidħol fl-Italja trid tippreżenta test negattiv tal-Covid-19, u jekk mintix imlaqqam trid tagħmel ħamest ijiem kwarantina wkoll.

Dan ġie mħabbar ilbieraħ filgħaxija wara li ġie iffirmat avviż legali ġdid mill-Ministru għas-Saħħa Taljan Roberto Speranza, bil-miżura tidħol fis-seħħ nhar il-Ħamis.

Din il-miżura tapplika ukoll għal dawk il-persuni kollha li ħadu kemm il-vaċċin kif ukoll il-booster tal-Covid-19. Ir-riżultat tat-test negattiv irid jkun sar fi żmien 24 siegħa qabel it-tluq lejn l-Italja. F’każ ta’ PCR test jista’ jsir sa 48 siegħa qabel.

Din il-miżura tibda tapplika minn għada sal-31 ta’ Diċembru.

Ritratt: politico.eu

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com