Mixgħula S-Siġra Tal-Milied Fi Pjazza Kastilja
“Is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja issa mixgħula wkoll. Diċembru xahar sabiħ u ejja ngawduh ma’ dawk l-iktar qrib tagħna b’responsabbiltà.
Fl-istess ħin ma ninsewx lil dawk li bi ħsieb żgħir nistgħu nservu ta’ dawl f’ħajjithom.”
Dan kien il-messaġġ li wasslet il-mara tal-Prim Ministru, Dr Lydia Abela fuq il-midja soċjali tagħha fejn ħasbet ukoll fl-aspett uman li f’dawn il-festi rridu nindukrawh b’imħabba u b’għożża.