Operazzjoni Mill-Iskwadra Ta’ Kontra D-Droga Fil-Mellieħa – Il-Pulizija Bi Tfittxija Għal Aidan Bartolo

 Operazzjoni Mill-Iskwadra Ta’ Kontra D-Droga Fil-Mellieħa – Il-Pulizija Bi Tfittxija Għal Aidan Bartolo

Aidan Bartolo ta’ 24 sena minn Ħal Għaxaq huwa l-persuna mfittxija mill-Pulizija b’rabta mal-każ tal-lejla fil-Mellieħa. Bartolo huwa suspettat li huwa involut f’ċirku ta’ traffikar ta’ droga.

Illejla, għall-ħabta tas-sitta, il-Pulizija ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Ispecial Intervention Unit (SIU) kienu qed isegwu vettura b’rabta ma’ operazzjoni li kienet għaddejja fil-Mellieħa.

Waqt li kienu fil-bypass tal-Mellieħa, ix-xufier induna bil-preżenza tal-Pulizija u saq għal fuq il-vetturi tas-servizz f’tentattiv sabiex jaħrab.

Kien f’dan il-ħin li l-Pulizija kienu kostretti jisparaw tiri fid-direzzjoni tal-individwu sabiex jiġi mwaqqaf, madanakollu dan ħareġ mill-vettura tiegħu u ħarab jiġri fid-direzzjoni tal-Miżieb fejn staħba qalb is-siġar fi dlam ċappa.

Il-Pulizija b’diversi units differenti tinsab għaddejja bit-tfittxijiet fl-inħawi bl-assistenza tal-ħelikopter tal-Forzi Armati.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kkwotat in-numru 7/2021.

Ara wkoll:

Bil-Filmat: Operazzjoni Kbira Minn Skwadra Speċjalizzata Tal-Pulizija Wara Diversi Sparaturi Fil-Mellieħa

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com