Bil-Filmat: Operazzjoni Kbira Minn Skwadra Speċjalizzata Tal-Pulizija Wara Diversi Sparaturi Fil-Mellieħa

 Bil-Filmat: Operazzjoni Kbira Minn Skwadra Speċjalizzata Tal-Pulizija Wara Diversi Sparaturi Fil-Mellieħa

Fiż-żona tal-Mellieħa u l-Miżieb bħal issa għaddejja operazzjoni kbira mill-Iskwadra Speċjalizzata tal-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jinstab persuna jew persuni li ħarbu wara li ġew sparati tiri ta’ arma tan-nar waqt li kienu qed jaħarbu mill-Pulizija.

Kien għal ħabta tas-5:45pm x’ħin nstemgħu tiri sparati fejn ir-roundabout taħt pompa tal-petrol, qabel in-niżla lejn l-Għadira.

Għall-ħabta tas-6:00pm il-Pulizija dehru jsuqu wara vann iswed tal-għamla SUV fil-Bypass tal-Mellieħa.

Xhieda fuq il-post qalu li f’din l-operazzjoni ġew sparati xi tiri. Fil-fatt, fl-inħawi nstabet ukoll karozza tal-għamla Mazda Demio li kellha xi tiri sparati fuq wara.

Rapporti qed jgħidu li l-Pulizija kienet ilha għal dawn l-aħħar jiem issegwi l-movimenti ta’ persuna involuta f’ċirku ta’ kriminalità organizzata dwar id-droga.

Numri kbir ta’ Pulizija armati u bil-bullet proof vests jinsabu fiż-żona tal-Mellieħa, kif ukoll ħelikopter tal-Forzi Armati jinsab idur b’dawl qawwi.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com