“Prim Ministru Bi Skiet Li Jtarrax Dwar Il-Ministru Justyne Caruana” – Il-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista

 “Prim Ministru Bi Skiet Li Jtarrax Dwar Il-Ministru Justyne Caruana” – Il-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista

Il-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista (FPPN) fi stqarrija qalu li huwa tat-tħassib “l-iskiet itarrax” tal-Prim Ministru Robert Abela fil-konfront ta’ fatti li issa huma pubbliċi fil-konfront tal-Ministru Justyne Caruana. Huma qalu li dawn il-fatti jinstabu fid-dominju pubbliku mhux bħala frott ta’ għajdut imma frott il-ħidma serja u integra tal-Kummissarju għall-istandards fil-ħajja pubblika Dr. George Hyzler.

“Fl-isfond ta’ sitwazzjoni fejn ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna tinstab mkissra bil-fama li pajjiżna sar safe haven għall-korruzzjoni u mġieba legalment u politikament skoretta, l-fatt li l-Prim Ministru jżomm sieket għal kollox dwar każ hekk gravi huwa tat-tħassib u juri li dan il-gvern għadu ma fehemx l’anqas l-aktar kunċetti bażiċi ta’ sistema fejn il-ġustizzja sseħħ u fejn m’hemm impunitá,” sostnew il-FPPN.

Huma saħqu li huwa tat-tħassib il-fatt li pajjiżna bħalissa għandu Gvern li fejn tidħol l-edukazzjoni minflok qiegħed jiffoka fuq kif ser itejjeb il-kundizzjonijiet ta’ l-għalliema, kif ser jinvesti aktar fl-istudenti u fuq kif ser nsaħħu l-edukazzjoni f’pajjiżna, “għandu Gvern li bħal donnu aktar mheddi joffri tarka lil Ministru li bl-aktar mod ċar mhijiex denja li tkun Ministru.”

L-FPPN temmew jgħidu li jekk “Justyne Caruana għandha nofs nitfa diċenza għandha minnufih toffri r-riżenja tagħha. Fin-nuqqas ta’ tali riżenja l-Prim Ministru Robert Abela għandu minnufih jneħħi lil Justyne Caruana minn Ministru.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com