Pulizija Sofra Ġrieħi Serji Wara Li Nqabditlu Siequ Bejn Bankina U Trakk F’Ħal Kirkop
Kuntistabbli tal-Pulizija sofra ġrieħi serji wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-aċċident seħħ illum, għal xi l-ħdax u nofs ta’ filgħodu, fi Triq l-Ewwel Titjira 1915, Ħal Kirkop.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li, waqt li kien fuq il-mutur tas-servizz, kuntistabbli ta’ 48 sena nqabditlu siequ bejn il-bankina u trakk Daf li kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 60 sena residenti Ħ’Attard.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.