Raġel Bi Ġrieħi Serji Wara Inċident Bil-Mutur Fil-Mosta
Kmieni dalgħodu għal xi l-erbgħa, żewġt irġiel Taljani ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident fi Triq Valletta, il-Mosta.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Taljan ta’ 28 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, Honda CB600F u waqa’. Passiġġier fuq l-istess mutur kien hemm Taljan ta’ 30 sena residenti l-Mosta.
Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza. Iktar tard ixxufier ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament filwaqt li l-kundizzjoni tal-passiġġier għadha mhix magħrufa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Lara Lanfranco, fejn ħatret diversi esperti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
Aġġornat fil-11.34am: It-Taljan ma sofriex ġrieħi.