Raġel Jitlef Ħajtu F’Tas-Sliema
Illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.
Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Taljan ta’ 45 sena residenti l-Gżira, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Honda, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu, baqa’ jitkaxkar u kellu impatt mal-bankina.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu imma sfortunatament, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.