Ron Għat-Teatru B’Ron Cocktail!

 Ron Għat-Teatru B’Ron Cocktail!
Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-ispettaklu ta’ Ron fit-Teatru tal-Universita – Ron Cocktail, li jwiegħed li jiċċajta, jiddeverti, jinki u jagħti spettaklu flimien mal-mistednin speċjali, il-band u l-kor li se jkunu parti minn dan l-avveniment li se jittella ftit jiem qabel il-Milied.
Serata ta’ satira f’forma ta’ monologu hekk kif jingħata rendikont tas-sena li qed nagħlqu, fost kant, żfin u elementi oħra marbuta mad-dinja ta’ Ron…fosthom il-makjetta ma’ Mariele u d-Delli, u ċ-ċajta vojta tal-Milied ta’ Mark il-Kram!
Ron Cocktail jittella nhar is-Sibt 18 (fit-8:00PM) u l-Ħadd 19 (fis-6:00PM) ta’ Diċembru. Biljetti minn ticketline.com.mt.
L-avveniment qed isir bis-sapport tal-Event Support Scheme.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com