Jitolbu Biex Tkun Aċċettata T-Talba Li L-Abbozz Tal-Liġi Jkompli Jiġi Diskuss…

 Jitolbu Biex Tkun Aċċettata T-Talba Li L-Abbozz Tal-Liġi Jkompli Jiġi Diskuss…

F’komunikazzjoni mill-Caritas, irċevejna ittra fejn mehmuż magħha hemm it-talba formali li saret lil Onor Joe Mizzi u lill-Kumitat tal-Petizzjonijiet ftit ilu biex tingħalaq il-Petizzjoni (Nr .46) nhar il-Ħadd 12 ta’ Diċembru fil-1130pm (2330hrs) skont il-linji gwida 6.1. L-ittra intbagħtet ukoll lill-Ispeaker tal-Parlament l-Onor. Anġlu Farrugia.

Din l-ittra tirrappreżenta t-talba ta’ 57 assoċjazzjonijiet, Korpi Kostitwiti, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca flimkien ma’ akademiċi esperti fil-qasam.

Fuq xewqa tagħhom, qed nippubblikawha b’mod sħiħ.

 

“Wara li għadd kbir (57) ta’ msieħba soċjali, organizzazzjonijiet u individwi (sa issa kważi 6,819 ruħ) qed jitolbu lill-Parlament biex isiru l-emendi fl-Abbozz ta’ Liġi Nru. 241 u wara li ħafna ċittadini ffirmaw il-petizzjoni tagħna, formalment qed niktbulkom biex din l-istess petizzjoni (nr 46) tingħalaq fit-12 ta’ Diċembru fil-11.30pm (23.30), skont il-linji gwida 6.1 , u li jitlaqqa’ mill-aktar fis possibbli l-Kumitat tal-Petizzjonijiet biex jiddiskuti din il-petizzjoni qabel ma jittieħed il-vot finali fil-Kamra tadDeputati skont il-linji gwida 7.1.

Ninsabu nkwetati ħafna li l-ebda emenda tal-ebda entita’ ċivili ma’ ġiet aċċettata fl-stadju tal-Kumitat ta’ dan l-abbozz ta’ Liġi.

Diversi msieħba soċjali, l-NGOS li l-iktar għandhom esperjenza professjonali fil-prevenzjoni tal-abbuż tad-droga, il-psikjatri, l-infermiera, it-tobba, is-social workers, il-Kummissarju tat-Tfal, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca u tant organizzazzjonijiet u akademiċi esprimew tħassib kbir dwar l-effetti ħżiena ta’ din il-liġi.

Għaldaqstant qed nitolbu li l-Kumitat jaċċetta t-talba tagħna li l-abbozz ta’ ligi jkompli jiġi diskuss biex isirulu l-emendi meħtieġa qabel ma jgħaddi għat-Tielet Qari u għall-vot finali fil-Parlament.

Nirringrazzjawkom tal-azzjoni tagħkom.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com