S’Issa 7 Persuni Nstabu Mejta Qalb It-Tifrik F’Sqallija Wara L-Isplużjoni Ta’ Nhar Is-Sibt

 S’Issa 7 Persuni Nstabu Mejta Qalb It-Tifrik F’Sqallija Wara L-Isplużjoni Ta’ Nhar Is-Sibt

Wara l-isplużjoni qawwija li seħħet fil-belt ta’ Ravanusa fi Sqallija nhar is-Sibt li għadda, il-ħaddiema tas-salvataġġ għadhom qed jaħdmu bla waqfien biex joħorġu n-nies minn qalb it-tifrik.

S’issa huwa konfermat li f’dan l-aċċident mietu 7 persuni, fosthom mara b’9 xhur tqala.

Huwa maħsub li l-isplużjoni seħħet wara ħruġ ta’ gass li waslet għal tiġrif ta’ 4 djar u 3 oħra ġarrbu ħsarat estensivi.

Mal-250 ħaddiema tas-salvataġġ wasal fuq il-post tal-aċċident sabiex jgħin fl-operazzjoni ta’ salvataġġ sabiex ikomplu jinstabu aktar persuni rappurtati nieqsa.

Fil-belt ta’ Ravanusa joqgħodu madwar 11,000 persuna.

Ritratti: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com