Titħabbar It-Tieni Edizzjoni Ta’ ‘Rigal B’Imħabba’ Minn Lydia Abela

Dr Lydia Abela ħabbret li għat-tieni sena konsekuttiva, f’dawn il-festi tal-Milied, ser terġa ssir l-inizjattiva Rigal b’Imħabba.
“Sejħa ġenwina. Minn għada filgħodu, mar-rigali li se tixtru għall-familji tagħkom, investu f’rigal ieħor u ħalluh taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.”
Abela tenniet li bil-ġenerozita’ tal-poplu, nistgħu nassiguraw li f’pajjiżna ma nħallux tfal mingħajr il-ferħ ta’ rigal f’dawn il-jiem sbieħ tas-sena.
Din l-inizjattiva se terġa’ ssir wara li l-edizzjoni tal-2020 kienet suċċess. “Iżda konvinta li fl-2021 se npoġġu tbissima ferm ikbar fuq wiċċ ħafna tfal li jgħixu f’Malta u Għawdex.”
Prosit tassew għal din l-inizjattiva. Stradarjali.com tħeġġeġ lilkom kollha biex tipparteċipaw f’din il-kawża ġusta u mill-qalb.