Traġedja Fi Skola Primarja Tħalli Erbat Itfal Mejta Fl-Awstralja

 Traġedja Fi Skola Primarja Tħalli Erbat Itfal Mejta Fl-Awstralja

Erbat itfal mietu u ħamsa oħra ndarbu wara li l-bouncy castle li kienu qed jilgħabu fih tar mar-riħ u waqgħu minn ġo fih.

Dan il-każ seħħ fil-gżira Awstraljana tat-Tażmanja, fil-belt ta’ Devonport.

Huwa rapportat li l-bouncy castle ħakmu r-riħ u għollieh madwar 10 metri mill-art, bil-konsegwenza li żewġ subien u żewġt bniet tal-età bejn għaxra u tnax-il sena mietu fuq il-post.

Dan l-aċċident ikrah seħħ propju dalgħodu waqt li l-iskola kienet qed tiċċelebra Fun Day, propju fl-aħħar ġurnata tas-sena skolastika tagħhom.

Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison iddeskriva l-aċċident bħala wieħed ta’ qsim il-qalb fejn mument ta’ pjaċir għat-tfal inbidel fi traġedja.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com