Żagħżugħ Jispiċċa F’Wied Bi Ġrieħi Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Karozza F’Għawdex
Żagħżugħ ta’ 18-il sena sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u waqa’ ġo wied.
L-aċċident seħħ illum, għal xi l-kwarta ta’ filgħodu, fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li ġuvni ta’ 18-il sena residenti x-Xewkija, Għawdex, kien qiegħed isuq vettura tat-tip Fiat, tilef il-kontroll u waqa’ ġo wied.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.