Żagħżugħ Ta’ 22 Sena Weġġa’ Serjament Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur U Ħabat

 Żagħżugħ Ta’ 22 Sena Weġġa’ Serjament Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur U Ħabat

Albaniż ta’ 22 sena residenti l-Belt Valletta, għal xi l-10:30pm, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Peugeot, u ħabat fil-crash barrier.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com