L-Aġenzija Kulturali Għall-Belt Valletta Tħassar L-Attività Tal-Aħħar Tas-Sena Fil-Belt Valletta 

 L-Aġenzija Kulturali Għall-Belt Valletta Tħassar L-Attività Tal-Aħħar Tas-Sena Fil-Belt Valletta 

Wara diskussjonijiet li seħħew matul dawn l-aħħar sigħat fid-dawl tal-iżviluppi u s-sitwazzjoni relatata mal-pandemija tal-COVID-19, l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, qed tħassar l-avveniment pjanat ta’ lejliet l-ewwel tas-sena. Dan l-avveniment kellu jsir fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta bħala parti mill-programm Christmas in the City. 

Minflok l-ispettaklu li kien pjanat se jkun qiegħed isir fil-forma ta’ produzzjoni għat-televiżjoni minn ġewwa Forti Sant’Iermu skont dak li jippermettu l-protokolli.

Din se tkun qed tixxandar live fuq TVM, ONE u NET TV, biex l-ispettaklu jitgawda mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com