Abner Allegatament Iffastidja Iżjed Nisa Fosthom Infermiera Meta Kien Rikoverat Fl-Isptar Monte Karmeli

 Abner Allegatament Iffastidja Iżjed Nisa Fosthom Infermiera Meta Kien Rikoverat Fl-Isptar Monte Karmeli

Skont rapport fil-ġurnal Times of Malta, intqal li l-ivestigaturi tal-każ ta’ Abner sostnew li kien għaddej minn kriżi sesswali. Sorsi qrib l-investigazzjoni qalu kif hemm possibbiltà li fl-imgħoddi, Abner iffastidja kemm irġiel u anke nisa u li anke allegtamanet mess mal-prostituzzjoni biex ikun jista’ jixtri d-droga.

TVM irraporta wkoll li l-Pulizija qalet li għandha biżżejjed evidenza li turi li qabel Abner ħasad il-ħajja ta’ Dembska pprova jattakka żewġt irġiel max-xatt tal-Balluta.

Fl-istess rapport inqal ukoll, li sorsi qrib TVM qalu li Abner kien waqaf jattendi sessjonijiet psikoterapewtiċi madwar sentejn ilu u anke li allegatament, huwa ffastidja numru ta’ nisa fosthom infermiera waqt li kien rikoverat fl-isptar Monte Karmeli fil-jiem ta’ wara d-delitt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com