Aġġornat: Jitlef Ħajtu R-Raġel Li Nstab Mixħut Mal-Art F’Tal-Pietà

 Aġġornat: Jitlef Ħajtu R-Raġel Li Nstab Mixħut Mal-Art F’Tal-Pietà

Miet ir-raġel ta’ 54 sena minn Tal-Pietà li nstab mixħut mal-art bi ġrieħi serji quddiem garaxx.

Huwa nstab ilbieraħ għal xi s-6:30am, fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.

Ara wkoll:

Raġel Instab Mixħut Mal-Art Bi Ġrieħi Serji Quddiem Garaxx F’Tal-Pietà – Il-Pulizija Qed Tinvestiga L-Każ

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com