Azzjoni F’Waqtha Minn Pulizija Fir-Rabat Issalva Tifla Ta’ 4 Snin

 Azzjoni F’Waqtha Minn Pulizija Fir-Rabat Issalva Tifla Ta’ 4 Snin

Bosta faħħru l-att erojku ta’ Pulizija li qabżet f’nofs ta’ triq biex isalva tifla milli tiġi mtajra minn karozza fir-Rabat.

Permezz ta’ messaġġ li kien ippublikat fuq il-mezzi soċjali tal-Pulizija ta’ Malta, l-omm iddeskriviet lil PC 2423 C. Delia bħala eroj.

Hija rrakkontat li kienu jinsabu r-Rabat ħdejn il-Knisja ta’ San Pawl meta l-Pulizija lemħet karozza ġejja fid-direzzjoni tagħhom u ħarġet f’nofs tat-triq biex issalva lit-tifla li għandha 4 snin. L-omm qalet li t-tifla kienet qed issuq scooter u qasmet it-triq biex tipprova tlaħħaq ma’ żewġha.

Fil-messaġġ tagħha, l-omm qalet li jiddispjaċiha ħafna li f’dak il-mument lanqas waqfu biex jirringrazzjawha minħabba li kienu wisq inkwetati b’dak li kien ġara.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com