Il-PL Jakkuża Lil Bernard Grech Li Reġa’ Falla T-Test Tal-Interess Nazzjonali

 Il-PL Jakkuża Lil Bernard Grech Li Reġa’ Falla T-Test Tal-Interess Nazzjonali

Fi stqarrija li ħareġ, il-Partit Laburista akkuża lill-Kap tal-PN Bernard Grech li “reġa’ falla t-test tal-interess Nazzjonali.” Dan meta waqt laqgħat fil-fora Ewropea m’għamilx argumenti dwar għaliex pajjiżna għandu jibbenefika minn fondi għall-proġetti ta’ pipeline hydrogen-ready.

Il-PL qal li agħar minn hekk f’kummenti ppubblikati llum Grech prova jitfa’ dubju dwar dan il-proġett billi juża argumenti li jaf li mhux minnhom.

“Kif kien diġà spjegat mill-entitajiet kompetenti, meta dan il-proġett jimmaterjalizza jkun il-poplu Malti u Għawdxi kollu li jgawdi minn arja iktar nadifa, diversifikazzjoni fis-sorsi u anke prezzijiet stabbli. Huwa wkoll proġett li s-sid uniku tiegħu se tkun kumpanija tal-iStat,” tenna l-PL fl-istqarrija tiegħu.

Intant il-PL qal li kull kumment ieħor ta’ Bernard Grech jixhed li mhux biss irid iqarraq iżda ma jitlifx okkażjoni waħda biex jipprova jfixkel lill-pajjiż bil-għan li jimmina l-ħidma tal-Gvern favur il-Maltin u l-Għawdxin. Il-PL temm jgħid li “d-differenza bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fejn jidħol l-interess Nazzjonali qatt ma ħarġet ċara daqs kemm ħarġet fl-aħħar 48 siegħa.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com