Bdiet It-Triq Għas-46 Edizzjoni Tal-Għanja Tal-Poplu

 Bdiet It-Triq Għas-46 Edizzjoni Tal-Għanja Tal-Poplu

Is-46 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se tittella’ fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju 2022 bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt it-tmexxija ta’ Mro Paul Abela.

Il-kanzunetti se jintlaqgħu online bejn il-Ġimgħa 25 ta’ Frar u l-Ġimgħa 18 ta’ Marzu 2022 u l-finalisti jitħabbru sal-24 ta’ April. L-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi u kantanti tal-kanzunetta Maltija mistiedna jipparteċipaw f’dan il-festival tagħna l-Maltin.

Ir-regolamenti tal-festival flimkien ma’ dettalji dwar l-organizzazzjoni tal-festival jinsabu ppublikati fis-sit www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti-2022 .

L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Awguri lill-artisti kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com